Mur għall-kontenut ewlieni

Formola ta’ kuntatt tal-President - Dikjarazzjoni ta’ privatezza

Introduzzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”) tintrabat tipproteġi d-data personali tiegħek u tħares il-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tipproċessa b’mod ulterjuri d-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).

Din l-istqarrija tal-privatezza tispjega għalfejn nipproċessaw id-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru u nittrattaw id-data personali kollha li tingħata, u kif niżguraw il-protezzjoni tagħha, kif tintuża dik l-informazzjoni, u x’inhuma jeddijietek b’rabta mad-data personali tiegħek. Tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li tista’ teżerċita jeddijietek miegħu, tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

L-informazzjoni marbuta mal-ipproċessar tad-data b’rabta mal-formola ta’ kuntatt fuq il-paġna web tal-President tal-Kummissjoni mwettaq mid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat B “Strateġija għall-Komunikazzjoni Korporattiva”, l-Unità B.3 “Komunikazzjoni bl-Internet ta’ Europa” (COMM.B.3) hija ppreżentata hawn taħt.

Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?

L-unità tad-DĠ għall-Komunikazzjoni “Komunikazzjoni bl-Internet ta’ Europa” (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Kontrollur tad-Data) tiġbor l-informazzjoni ta’ kuntatt mingħandek permezz ta’ formola ta’ kuntatt disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissarji (indirizz URL: https://commissioners.ec.europa.eu/ursula-von-der-leyen_en) bl-għan li tipprovdilek punt ta’ kuntatt biex tikkuntattja lill-President tal-Kummissjoni Ewropea.

Id-data personali tiegħek mhix se tintuża għat-teħid awtomatizzat tad-deċiżjonijiet, inkluż it-tfassil tal-profili.

Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħek?

Nipproċessaw id-data personali tiegħek, għaliex:

(a) l-ipproċessar jenħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni;

Dan f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, b´mod partikolari l-Artikolu 5(1).

Liema data personali niġbru u nipproċessaw b’mod ulterjuri?

Meta tibgħat email, se tintalab tipprovdi id-data personali li ġejja flimkien mal-messaġġ tiegħek:

  • Ismek
  • Kunjomok
  • L-indirizz elettroniku tiegħek
  • Il-lingwa ta’ kuntatt preferuta tiegħek

Jekk jogħġbok tipprovdix informazzjoni personali sensittiva bħala parti mit-talba tiegħek, pereżempju informazzjoni dwar is-saħħa personali jew is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek.

Għal kemm żmien tinżamm id-data personali tiegħek?

Il-Kontrollur tad-Data jżomm id-data personali tiegħek biss għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq il-għan tal-ġbir jew tal-ipproċessar ulterjuri.

Id-data personali tinżamm sakemm ikunu meħtieġa azzjonijiet ta’ segwitu għall-feedback ipprovdut permezz tal-formola ta’ kuntatt fir-rigward tal-għan(ijiet) tal-ipproċessar tad-data personali u mhux aktar minn sentejn (2) mid-data tat-tressiq tal-feedback.

Kif nipproteġu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?

Id-data personali kollha f’format elettroniku (e-mails, dokumenti, bażijiet tad-data, ġabriet tad-data mtellgħin, eċċ.) jinħażnu jew fuq is-servers tal-Kummissjoni Ewropea jew fuq dawk tal-kuntratturi tagħha, fi ħdan l-UE kollha. L-operazzjonijiet tal-ipproċessar kollha jitwettqu skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta’ Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.

Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ għadd ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju ta’ telf tad-data, it-tibdil tad-data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u min-natura tad-data personali li tkun qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għall-persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-għanijiet ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar.

Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tinkixef?

L-aċċess għad-data personali tiegħek huwa pprovdut lill-persunal tal-Kummissjoni responsabbli għat-twettiq ta’ din l-operazzjoni tal-ipproċessar u lill-persunal awtorizzat skont il-prinċipju tal-“ħtieġa ta’ tagħrif”. Dan il-persunal jimxi ma’ ftehimiet ta’ kunfidenzjalità statutorji, u fejn meħtieġ, ma’ ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.

L-informazzjoni li niġbru mhu se tingħata lil ebda parti terza, ħlief sal-punt u għall-għan li nistgħu nkunu meħtieġa li nagħmlu dan bil-liġi.

X’inhuma jeddijietek u kif tista’ teżerċitahom?

Inti għandek jeddijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari l-jedd li taċċessa, tirrettifika jew tħassar id-data personali tiegħek u l-jedd li tillimita l-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Meta applikabbli, għandek il-jedd ukoll li toġġezzjona għall-ipproċessar jew il-jedd għall-portabbiltà tad-data.

Jekk tajt il-kunsens lill-Kontrollur tad-Data għal din l-operazzjoni tal-ipproċessar, tista’ tirtira l-kunsens fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lill-Kontrollur tad-Data. L-irtirar mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma tkun irtirajt il-kunsens tiegħek.

Tista’ teżerċita jeddijietek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni tal-kuntatt tagħhom tinsab fl-Intestatura 9 ta’ hawn taħt.

Meta inti tkun tixtieq teżerċita jeddijietek fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ pproċessar speċifika waħda jew aktar, fit-talba tiegħek jekk jogħġbok ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-referenza/i tar-reġistrazzjoni(ijiet) tagħhom kif speċifikat fl-Intestatura 10 ta’ hawn taħt).

Informazzjoni ta’ kuntatt

  • Il-Kontrollur tad-Data

 

Jekk tixtieq teżerċita jeddijietek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tressaq ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, l-Unità “Komunikazzjoni bl-Internet ta’ Europa” fuq dan l-email: europamanagementatec [dot] europa [dot] eu (europamanagement[at]ec[dot]europa[dot]eu)

 

  • L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni (UPD)

Tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DATA-PROTECTION-OFFICERatec [dot] europa [dot] eu (DATA-PROTECTION-OFFICER[at]ec[dot]europa[dot]eu)) dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

  • Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS)

Għandek il-jedd tirrikorri (jiġifieri tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edpsatedps [dot] europa [dot] eu (edps[at]edps[dot]europa[dot]eu)) jekk jidhirlek li jeddijietek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 inkisru b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek mill-Kontrollur tad-Data.

Fejn tista’ ssib aktar informazzjoni dettaljata?

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni (UPD) jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar mill-Kummissjoni tad-data personali, li jkunu ġew iddokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru bil-link li ġejja: http://ec.europa.eu/dpo-register.

Din l-operazzjoni ta’ pproċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-Referenza tar-reġistrazzjoni li ġejja: DPR-EC-00083.